foreignlanguages.gov.mt

ŻJARA TA' SKAMBJU MA' SKOLA FRANĊIŻA - KULLEĠĠ SAN BENEDITTU SKOLA SEKONDARJA KIRKOP

Matul ix-xahar ta’ April 2025, l-istudenti tal-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop kellhom il-pjaċir jilqgħu grupp ta’ tmien studenti Franċiżi flimkien ma’ tliet għalliema tagħhom. Dan sar possibbli grazzi għal skambju li kien parti minn proġett Erasmus+ Mobility ikkoordinat mill-kap tan-network tal-Kulleġġ San Benedittu, Dr Roberta Argento. L-istudenti u l-għalliema tagħhom ġew mill-Liċeo Paul Verlaine, li jinsab f’Rethel fir-reġjun tal-Grand Est. Huma ġew Malta biex jipprattikaw il-lingwa Ingliża iżda wkoll biex jiskopru l-kultura Maltija. Fil-fatt, matul iż-żjara tagħhom f’Malta, huma żaru siti storiċi bħat-tempji ta’ Ħaġar Qim, il-belt kapitali Valletta, kif ukoll irħula tipiċi Maltin li jinsabu madwar l-iskola. Naturalment, matul għaxart ijiem l-istudenti attendew ukoll għall-lezzjonijiet flimkien mal-istudenti tal-iskola u ħadu sehem f’attivitajiet organizzati mill-iskola.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.