foreignlanguages.gov.mt

IL-KULTURA U T-TRADIZZJONI FRANĊIŻA FIL-KULLEĠĠ SANTA TERESA, MRIEĦEL

La Galette des Rois

IL-KULTURA FRANĊIŻA FIL-KULLEĠĠ SANTA TERESA, SKOLA SEKONDARJA MRIEĦEL 👑🇫🇷✨

Fil-Kulleġġ Santa Teresa, Skola Sekondarja, l-istudenti u l-għalliema ħaddnu b’entużjażmu l-kultura Franċiża permezz ta’ ċelebrazzjoni tal-Galette des Rois organizzata wara l-vaganzi tal-Milied. L-attività ġabret flimkien lill-istudenti tas-Sena 11.2 f’atmosfera ferrieħa mimlija tradizzjoni u ikel delizzjuż.

Matul iċ-ċelebrazzjoni, ġew ippreżentati galettes des rois — il-kejk tradizzjonali li jittiekel f’Jannar biex tiġi ċċelebrata l-Festa tal-Epifanija — u ġew mqassma u servuti fost l-istudenti. L-istudenti daqu l-kejk u fittxew il-fève, il-ġugarell żgħir moħbi ġewwa l-kejk li skond it-tradizzjoni, dan jġib xorti tajba.

Skont id-drawwa Franċiża, l-istudenti li sabu l-fève fil-porzjon tagħhom ġew inkurunati bħala Rejiet. Prosit lil Ian Camilleri u Miguel Buhagiar tal-klassi 11.2, li kburin libsu l-kuruni tagħhom. Dan il-mument ħoloq entużjażmu kbir fost l-istudenti u żied dimensjoni kulturali sabiħa mal-ġurnata tal-iskola.

Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet jgħinu biex it-tagħlim tal-lingwa jsir aktar ħaj, billi jagħtu lill-istudenti l-opportunità jesploraw id-drawwiet, il-gastronomija u l-kultura b’mod interattiv u pjaċevoli.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.