foreignlanguages.gov.mt

ATTIVITÀ TAL-FRANĊIŻ FL-ISKOLA SEKONDARJA TAL-KULLEĠĠ SAN TUMAS MORE SANTA LUĊIJA

Fil‑22 ta’ Mejju, żewġ studenti fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ St Thomas More, Naiomi Mangion u Nadine Cassar (10.1), iċċelebraw is-suċċess tagħhom f’kompetizzjoni tal-lingwa Franċiża billi ħejjew xi financiers aux amandes delizzjużi waqt attività tal-Franċiż fl-iskola.

Għal din l-okkażjoni l-uffiċjal edukattiv tal-Franċiż, is-Sinjura Doreen Farrugia,żaret l-iskola u kkongratulat lill-istudenti u ppreżentatlhom rigali sbieħ u kotba bħala rikonoxximent tal-kisbiet tagħhom.

Kien mument ta’ kburija u ferħ, mimli lingwa, kultura u xi ħlewwiet tassew tajbin! 🍽️

Prosit Nadine u Naiomi! 👏

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.