foreignlanguages.gov.mt

Attività bil-Franċiż fil-Kulleġġ San Tumas More, Skola Sekondarja ta' Santa Luċija

La Journée des Crêpes !

Il-gastronomija Franċiża fl-iskola!

Fis-7 ta’ Mejju, il-“crêpe fever” laqtet lill-Iskola Sekondarja Margaret Mortimer f’Santa Luċija! Grazzi għal inizjattiva organizzata mill-Kap tad-Dipartiment u l-għalliema tal-Franċiż, l-iskola nbidlet f’rokna żgħira ta’ Franza hekk kif dulċier b’esperjenza qatta’ l-ġurnata kollha jipprepara crêpes Franċiżi friski għall-istudenti u l-istaff. 🥞😋

Ir-rispons kien inkredibbli, b’kjuwijiet twal ta’ nies ħerqana biex iduqu dawn il-crêpes delizzjużi! L-eċċitament kien kbir, il-kjuwijiet kienu twal, iżda l-crêpes kienu jiswew kull sekonda ta’ stennija! 🤩

Ir-riħa tal-crêpes friski mliet il-kurituri u setgħet tinxtamm madwar l-iskola kollha, filwaqt li mużika Franċiża kienet qed tindaqq fl-isfond. 🎵 L-istudenti kienu kollha ħerqana jistennew imisshom; l-attività kienet suċċess kbir.

Mimlijin biċ-ċikkulata 🍫 u b’għażla ta’ togħmiet oħrajn differenti , il-crêpes kienu sempliċement irresistibbli.

Vive la France! 👏🎉

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.