LES P’TITS EXPLORATEURS
Merħba għal Les P’tits Explorateurs, ir-rivista edukattiva annwali bil-Franċiż maħluqa mid-Dipartiment tal-Franċiż u ppubblikata kull sena f’Ottubru, iddisinjata apposta għal studenti ta’ bejn id-9 u l-11-il sena li qed jibdew jesploraw il-lingwa Franċiża.
Ir-rivista tintroduċi lit-tfal għall-Franċiż permezz ta’ attivitajiet divertenti u interessanti, worksheets ikkuluriti, eżerċizzji sempliċi, logħob, kanzunetti, links utli u riżorsi interattivi online. Les P’tits Explorateurs tħeġġeġ il-kurżità u ssaħħaħ il-kunfidenza fit-tagħlim tal-Franċiż b’mod pjaċevoli u aċċessibbli.
Kull ħarġa tinkludi wkoll ktieb bit-tweġibiet — sempliċement skennja l-kodiċi QR fl-aħħar tar-rivista biex taċċessah faċilment.
Numru 2 (f’Ottubru 2026)