foreignlanguages.gov.mt

Kolazzjon Franċiż organizzat mill-Kulleġġ San Tumas More, Skola Medja u Sekondarja taż-Żejtun

Un bon petit déjeuner français !

KOLLAZZJON FRANĊIŻ F’MARSAXLOKK 🥐

Nhar it-Tnejn, 27 ta’ April, l-għalliema tal-Franċiż flimkien mad-Deputat Kap tal-Iskola, is-Sinjura Rosen Mifsud, u l-LSEs, is-Sinjura Stella u s-Sinjura Diandra, attendew esperjenza ta’ kolazzjon Franċiż fir-ristorant Manouche f’Marsaxlokk.

L-istudenti kollha tal-Franċiż fl-iskola ġew mistiedna jipparteċipaw, u 73 student għażlu li jattendu. L-eskursjoni saret esperjenza sħiħa hekk kif l-istudenti mxew mixja mill-iskola sa Marsaxlokk u lura –  “petite randonnée française”. Is-Sur Duncan Azzopardi mexxa b’mod sabiħ u interessanti din il-mixja.

Fir-ristorant, għall-esperjenza tal-petit déjeuner, l-istudenti ġew servuti kolazzjon Franċiż awtentiku li kien jinkludi chocolat chaud, jus d’orange, ilma, kif ukoll crêpes, French toast u croissants imżejna biċ-ċikkulata u l-ġamm. Kien tassew delizzjuż. 😋

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.