foreignlanguages.gov.mt

SOIRéE INTERNATIONALE FIL-KULLEĠĠ SANTA TEREŻA SKOLA MEDJA BKARA

Nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ April 2025, ġiet organizzata Serata Internazzjonali (International Night 2025) fis-sala tal-Kulleġġ Santa Tereża, Skola Medja, Ta’ Paris, Birkirkara. Il-kċina Franċiża kienet fil-qofol tal-attività permezz ta’ varjetà ta’ delikatezzi: il-famuża quiche Lorraine, tapenade, anchoïade, gallettini Breton, madeleines u, naturalment, il-macarons ikkuluriti. Dawn kollha ġew ippreparati mill-istudenti tal-Franċiż flimkien mal-għalliema tagħhom, is-Sinjura Deborah Mizzi. L-attività kienet suċċess kbir — id- diversi platti Franċiżi offruti intlaqgħu tajjeb mill-istudenti u l-ġenituri tagħhom.

Minbarra t-tidwiq tal-ikel, kull mistieden seta’ jagħżel bookmark imżejjen b’immaġini mill-isbaħ ta’ Franza. Dawn il-bookmarks, li kienu juru xeni differenti minn Franza, kienu apprezzati ħafna u servew bħala tifkira sabiħa ta’ din is-serata unika.

Din l-attività internazzjonali mhux biss iċċelebrat il-gastronomija Franċiża, iżda saħħet ukoll ir-rabtiet mill-qrib bejn l-istudenti, il-ġenituri tagħhom u l-għalliema!

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.