foreignlanguages.gov.mt

Tnedija tal-ewwel avveniment multikulturali fil-kulleġġ san benedittu skola sekondarja kirkop

Il-15 ta’ Mejju kien il-jum meta l-iskola nediet l-ewwel edizzjoni tal-Avveniment Multikulturali. L-għan kien li titqajjem aktar kuxjenza fost l-istudenti, l-istaff u l-qraba tagħhom dwar l-importanza li niċċelebraw id-diversità, l-inklużjoni u l-għaqda. L-avveniment kien opportunità eċċellenti biex niskopru l-ħafna kulturi li diġà jeżistu fil-komunità tagħna.

L-istudenti kollha tal-iskola kienu mistiedna jipparteċipaw f’dan l-avveniment speċjali. Huma kienu mistiedna jduru mal-istands tal-lingwi differenti u jieħdu sehem fl-attivitajiet. L-istudenti żaru l-istand tal-Franċiż li kien organizzat mid-Dipartiment tal-Franċiż. Ġew offruti tlett attivitajiet ewlenin: tagħżel u tikteb il-kelma Franċiża favorita tiegħek, tagħmel attività divertenti online u, bħala l-qofol tal-attività, tilbes kostum għal selfie. L-istudenti ħadu ritratt waqt li wrew s-simbolu Franċiż favorit tagħhom.

Kien il-mod perfett biex jitgħallmu dwar tradizzjonijiet, ikel, drawwiet kulturali u aktar. Dawk kollha li ħadu sehem ingħataw croissant. Kienet opportunità eċċellenti biex wieħed jiltaqa’, jikkollabora u jiċċelebra d-diversità flimkien.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.