foreignlanguages.gov.mt

Xi Fatti Interessanti dwar il-Lingwa Spanjola

  1. L-Ispanjol huwa l-lingwa uffiċjali f’21 pajjiż differenti.

  2. Hemm 577 miljun kelliema nattivi madwar id-dinja.

  3. Hija t-tieni l-aktar lingwa mitkellma fid-dinja wara ċ-Ċiniż Mandarin u t-tielet l-aktar lingwa użata fuq l-Internet. Hija wkoll waħda mil-lingwi uffiċjali fi ħdan l-UE.

  4. L-Ispanjol juża marki ta’ esklamazzjoni u mistoqsija maqluba – Dan huwa kuntrarju għal lingwi oħra fejn fl-aħħar jintuża marka ta’ esklamazzjoni jew mistoqsija sempliċi. Per eżempju ¿Dónde está mi goma? u ¡Buena suerte!

  5. Karatteristika unika oħra fil-Lingwa Spanjola hija l-ittra ñ li ġiet introdotta fl-alfabett fis-seklu 18.

  6. L-Ispanjol (español) huwa magħruf ukoll bħala Kastiljan (castellano).

  7. Ir-Real Academia Española hija responsabbli mill-Ilsien Spanjol u hija uffiċjalment responsabbli li tkun il-kustodju tal-Ilsien Spanjol. Għandha d-dar tagħha f’Madrid u topera bosta akkademji tal-lingwi fil-21 pajjiż li jitkellmu bl-Ispanjol.

  8. L-Ispanjol imnissel mil-Latin.

  9. L-Għarbi influwenza l-lingwa spanjola. L-armati Għarab bdew jirbħu l-peniżola Iberika fl-711, u ġabu l-arti, l-arkitettura u l-lingwa Għarbija. L-Għarbi tħallat gradwalment mal-Ispanjol antik biex issir il-lingwa mitkellma llum. Meta Spanja keċċiet lill-Għarab fl-1492, il-lingwa żammet madwar 8,000 kelma Għarbija. Minbarra l-Latin, l-Għarbi huwa l-akbar kontributur għall-Ispanjol.

  10. L-ewwel testi Spanjoli nkitbu aktar minn 1,000 sena ilu. ‘Las Glosas Emilianenses’ miktuba fl-964, kienu ilhom maħsuba li huma l-ewwel testi Spanjoli miktuba li jeżistu illum. Madankollu, fl-2010, ir-Real Academia Española ħabbret li l-ewwel eżempji ta’ Spanjol miktub jeżistu f’dokumenti medjevali tas-seklu 9 magħrufa bħala l-“Cartularies of Valpuesta” mill-provinċja ta’ Burgos.

  11. Id-domanda għat-tagħlim tal-Ispanjol qed tiżdied. Spanja dejjem kienet destinazzjoni popolari għall-ivvjaġġar u għall-istudju barrani. Dawn il-ġranet il-lingwa qed issir popolari ħafna fl-Asja, u dan ifisser l-importanza tagħha fis-swieq ekonomiċi globali.

  12. Huwa stmat li bħalissa 18-il miljun student qed jistudjaw l-Ispanjol bħala lingwa barranija. U t-tbassir indikaw li fi ftit ġenerazzjonijiet minn issa, 10% tal-popolazzjoni tad-dinja se jifhmu l-Ispanjol – filwaqt li n-numru attwali huwa 6%. Din hija qabża kbira minn issa!​​

 

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.