IL-Viżjoni TAGĦNA

Bħala mexxej fl-iżvilupp u fl-innovazzjoni ta’ kurrikulu għal- lingwi barranin, dan id-Direttorat, permezz tal-Uffiċjali Edukattivi, kommess li jispira futur fejn il-multilingwiżmu jinkludi s-saħħa ta’kulturi differenti, l-individwu jikber fuq livell personali u jasal għal suċċess professjonali. Il-viżjoni tad-DELH hija li tikkultiva individwi li jifhmu d-dinja u li jirrispettaw d-diversita’ kulturali fil-waqt li jikkontribwixxu bis-sens lejn kommunita globali kemm fuq livell professjonali u individwali.

IL-MISSJONI TAGĦNA

Biex nipprovdu qafas komprensiv u inklussiv għat-tagħlim tal-lingwi barranin li jwasslu għal kompetenzi globali, apprezzament kulturali u profiċjenża multilingwa fl-iskejjel kollha f’Malta u Għawdex. Permezz ta’ ħolqien ta’kurrikulu innovattiv li jintegra ma’ l-aħħar teknologiji u prattiċi msejjsa fir-riċerka, DELH għandu l-għan li jagħti l-għodda u t-taħriġ neċessarju biex l-edukaturi jwasslu tagħlim relevanti u inklussiv u sabiex l-istudenti jitrawwmu f’kompetenzi globali li jgħinuhom jikkommunikaw b’mod effettiv f’kuntesti lingwistiċi differenti ħalli jirnexxu f’dinja fejn il-lingwa tgħaqqad pajjiż ma’ ieħor.