FAQs
L-uffiċċjali edukattivi għal-lingwi barranin tad-Direttorat għas-Snin Bikrin, Lingwi u Studji Umanistiċi fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żagħżagħ, ir-Riċerka u l- Innovazzjoni f’Malta.
Franċiż, Ġermaniż, Taljan u Spanjol.
Għal kull min hu interessat li jitgħallem lingwa barranija ġo Malta. Il-biċċa l-kbira tal-kontenut huwa mmirat għall-għalliema u għall-istudenti tal-lingwi barranin kif ukoll għall-ġenituri tagħhom.
Hemm diversi riżorsi disponibbli biex jappoġġjaw it-tagħlim fil-klassi, tagħlim awtonomu u t-tħejjija għall-eżamijiet. Hemm riżorsi stampabbli u onlajn adattati għat-tagħlim tal-lingwi barranin fl-iskejjel primarji, medji u sekondarji (għall-etajiet ta’ bejn id-9 u s-16-il sena).
Le, m’għandekx bżonn toħloq kont biex taċċessa l-kontenut. Xi kontenut jista’ jiggwidak lejn siti elettroniċi esterni li jistgħu jeħtiegu reġistrazzjoni.
F’Malta l-istudenti jibdew jitgħallmu lingwa barranija fl-iskola sekondarja (età 10-11). Lingwa barranija waħda tintgħażel fis-7 sena u l-istudenti jkomplu jitgħallmu l-lingwa magħżula sal-aħħar tal-età obbligatorja tal-iskola (16).
Il-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Għarbi, l-Ispanjol u t-Taljan huma offruti fl-iskejjel kollha tal-Istat f’Malta. Xi skejjel tal-istat joffru wkoll ċ-Ċiniż. Skejjel mhux tal-Istat ukoll joffru l-lingwi barranin. L-għażliet disponibbli fl-iskejjel mhux tal-Istat jistgħu jvarjaw.
Iva. L-istudenti jistgħu jibdew jitgħallmu t-tieni lingwa barranija fid-9 sena (età 12-13).
Fl-iskejjel primarji hemm programm speċjali Foreign Language Learning Programme (FLLP) offrut lill-istudenti tal-5 u s-6 Sena. F’dan il programm l-istudenti jitgħallmu ħiliet ta’ komunikazzjoni basiċi fil-lezzjonijiet waqt li jiffamiljariżżaw rwieħhom mal-lingwi barranin.
Is-sillabi u l-kisbiet mit-tagħlim għall-iskejjel tal-Istat huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-kurrikulu.
Fl-iskejjel tal-Istat, l-istudenti tas-7 u t-8 sena huma assessjati matul is-sena bl-assessjar kontinwu fl-4 ħiliet tal-lingwa (taħdit, smigħ, qari u kitba). Fl-aħħar tas-sena jpoġġu għal eżami annwali. Il-marka globali hija ffurmata minn 20% tal-assessjar kontinwu u 80% tal-eżami annwali.
Mid-9 sal-11- il sena, l-istudenti huma assessjati fuq l-4 ħiliet ugwali bi School Based Assessment (SBA). Fl-aħħar tas-sena jpoġġu għal eżami annwali. Il-marka globali hija ffurmata minn 30% SBA u 70% eżami annwali.
Karti tal-eżamijiet passati u mudelli tal-karti tal-eżamijiet tal-lingwi barranin (kif ukoll ir-reġistrazzjonijiet tal-awdjo) li jintużaw fl-iskejjel tal-Istat huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-kurrikulu.
Iva. Studenti ta’ 15/16-il sena jistgħu jpoġġu għall-eżamijiet tas-Secondary Education Certificate (SEC). Is-Sillabi u l-karti tal-eżamijiet passati huma disponibbli onlajn. Studenti adulti wkoll jistgħu jpoġġu għal dan l-eżami.
Iva. Istituzzjonijiet post-sekondarji (tal-Istat u mhux tal-Istat) joffru korsijiet fil-lingwi barranin. L-Università ta’ Malta toffri programmi ta’ lawrja f’bosta lingwi. MCAST (Malta College of Arts, Science & Technology) toffri korsijiet fil-lingwi għall-istudenti u l-istaff. L-Istitut tal-Istudji tat-Turiżmu wkoll joffri korsijiet fil-lingwi.
Il- Lifelong Learning Centre u istituzzjonijiet oħra bħal Alliance Française de Malte Mediterranée, German Maltese Circle, Instituto Cervantes joffru korsijiet fil-Lingwi Barranin f’Malta, anke għall-adulti.