foreignlanguages.gov.mt

Fatti dwar l-Arġentina

L-Arġentina, uffiċjalment ir-Repubblika Arġentina, huwa pajjiż li jinsab l-aktar fin-nofs tan-nofsinhar tal-Amerika t’Isfel.

Kapitali: Buenos Aires

Numru/Prefiss tal-Pajjiż: +54

Popolazzjoni: 44.49 miljun

Munita: Peso Arġentin

Argentina Flag
    • L-Arġentina hija t-8 l-akbar pajjiż fid-dinja.

    • L-isem Arġentina ġej mill-kelma Latina “argenti” li tfisser fidda.

    • Buenos Aires hija l-aktar belt li jżuruha nies mill-kintinent.

    • L-Arġentina tkopri medda ta’ 1,068,296 mil kwadru.

    • L-Arġentina kellha 5 presidenti f’10 ijiem fl-2001.

    • Huwa l-akbar pajjiż li jitkellem bl-Ispanjol fid-dinja.

    • It-Tango, iż-żfin l-aktar popolari fid-dinja oriġina fid-distrett tal-biċċerija ta’ Buenos Aires fl-aħħar tas-seklu 19.

    • L-Arġentina għandha l-ogħla konsum ta’ laħam aħmar fid-dinja.

    • It-tim Nazzjonali tal-futbol tal-Arġentina rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-Futbol darbtejn fl-1978 u fl-1986.

    • Pato huwa sport nazzjonali tal-Arġentina. Jintlagħab fuq iż-żiemel.

    • Hemm aktar minn 30 park nazzjonali fl-Arġentina.

    • Perito Moreno Glacier huwa t-tielet l-akbar sors ta’ ilma ħelu u wkoll glaċiera li qed tikber minflok tiċkien.

    • Buenos Aires għandha aktar psikoanalisti u psikjatri minn kwalunkwe belt oħra fid-dinja.

    • L-eroj tal-futbol Arġentin Lionel Messi huwa l-aqwa plejer tal-futbol fid-dinja.

    • Aktar minn 10% tal-flora tad-dinja tinsab fl-Arġentina.

    • L-Arġentina kienet l-ewwel pajjiż li kellu xandir bir-radju fid-dinja fis-27 ta’ Awwissu, 1920.

    • L-ewwel mara President eletta fl-Arġentina kienet Cristina Fernandez de Kirchner.

    • Quirino Cristiani kien l-ewwel Arġentin li ħoloq l-ewwel film animat fl-1917.

    • 38.3% tan-nisa Arġentini jgħaddu minn kirurġija plastika.

    • L-Arġentina kienet l-ewwel pajjiż li uża l-marki tas-swaba’ bħala metodu ta’ identifikazzjoni fl-1892.

    • Yerba Mate hija x-xarba nazzjonali tal-Arġentina.
The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.