foreignlanguages.gov.mt

Fatti dwar l-Awstrija

Austria
logo

L-Awstrija taqsam il-fruntiera ma’ tmien pajjiżi: il-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, l-Ungerija, is-Slovenja, l-Italja, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera. L-itwal fruntiera hija maqsuma mal-Ġermanja u hija twila madwar 801 km/497 mil. L-Awstrija hija wieħed mill-ftit pajjiżi mingħajr kosta fl-Ewropa ċentrali – flimkien mal-Isvizzera u l-Lussemburgu. L-Awstrija huwa pajjiż fil-biċċa l-kbira muntanjuż bl-Alpi jkopru l-partijiet tal-Punent u tan-Nofsinhar u fil-biċċa l-kbira b` għoljiet ħelwin fil-partijiet tal-Lvant u tat-Tramuntana.

  • Il-belt kapitali tal-Awstrija hija Vjenna (bl-isem ta’ Wien bil-Ġermaniż). Vjenna hija wkoll l-akbar belt fl-Awstrija.
  • L-itwal xmara fl-Awstrija hija d-Danubju (imsejħa Donau bil-Ġermaniż). Id-Danubju hija t-tieni l-itwal xmara fl-Ewropa.
  • L-ogħla muntanja fl-Awstrija hija l-Grossglockner bi 3798 metru/12460 pied.
  • L-akbar lag fl-Awstrija huwa l-Lag Neusiedl (bil-Ġermaniż jissejjaħ Neusiedler See). L-għadira hija popolari mad-dilettanti tal-watersports u s-serfers.
  • The Vienna Prater: huwa park ta` divertiment famuż fejn wieħed jista` jirkeb ir-rota storika Ferris.
  • Il-Wied tad-Danubju: dawra bir-rota minn Passau sa Vjenna tul ix-xmara Danubju (Donau bil-Ġermaniż). Din ir-rotta, li hija aċċessibbli għar-roti, hija twila madwar 300 km/186 mil.
  • Salzburg: żur il-mużew ta’ Mozart fil-belt tal-kompożitur u l-ġenju mużikali Wolfgang Amadeus Mozart u duq il-Mozartkugeln, li huma ħelu delizzjuż taċ-ċikkulata.
  • Ir-Reġjun tal-lagi: ħu għawma fl-ilmijiet ta’ lag ċar daqs il-kristall f` Salzburger Land li hija waħda mill-aktar destinazzjonijiet popolari għall-vaganzi.
  • Innsbruck: żur l-Alpine Zoo, ara l-famuża ski jump arena u ammira l-madum tad-deheb tal-famuż Goldenes Dachl, saqaf tad-deheb, f’Innsbruck.
  • Tyrol: esperjenza hiking ta` vera fuq muntanji jew skiing fuq glacier fl-Alpi Tyrollean. Fin-Nofsinhar tal-Awstrija tista’ żżur ukoll is-settings maġiċi fis-Swarovski Kristallwelten (Swarovski Crystal worlds) f’ Wattens.

Dokumenti Utli

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.