foreignlanguages.gov.mt

ASSISTENTI TAL-LINGWA

Assistenti tal-Lingwa matul is-Sena Skolastika 2023-2024

Kulleġġ Missjunarju ta ` San Pawl, Rabat

Saint Paul Missionary College logo

Is-sinjorina Diletta Magdalena Guzzo, assistenta tal-lingwa mill-Ġermanja, qed taħdem flimkien mal-għalliema tal-Ġermaniż fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, biex ittejjeb il-ħila lingwistika u tqajjem kuxjenza kulturali fl-Iskola Sekondarja kif ukoll fl-Iskola Primarja.

Kulleġġ Marija Reġina Skola Sekondarja Żokrija, Mosta u Skola Medja, Naxxar

Maria Regina College logo

Is-sinjorina Mina Oelsner, assistenta tal-lingwa mill-Ġermanja, qed tassisti lill-għalliema tal-Ġermaniż fil-Kulleġġ Marija Reġina Skola Medja, Naxxar.

Classroom picture
Classroom picture

​A speaking activity with year 7 students about the topic: Meine Familie 

Is-sinjorina Mina Oelsner qed tassisti wkoll lill-għalliema tal-Ġermaniż fil-Kulleġġ Marija Reġina Skola Sekondarja Żokrija, Mosta.

Classroom picture
Picture of students

Bejn it-22 u l-24 ta’ Novembru 2023, ġie organizzat STEAM Cafe` fil-Kulleġġ Marija Reġina Skola Sekondarja Żokrija, Mosta. Peress li l- ittra A fil-kelma STEAM tirrapreżenta l-Arti, id-dipartiment tal-lingwi barranin organizza wkoll xi attivitajiet għall-istudenti. Għall-Ġermaniż, is-sinjorina Mina Oelsner, l-assistenta tal-lingwa, ħejjiet preżentazzjoni għall-istudenti dwar xjenzati u inventuri mill-pajjiżi fejn in-nies jitkellmu bil- Ġermaniż. Wara l-preżentazzjoni, l-istudenti ġew mistiedna jipparteċipaw f’logħba tal-memorja li tinkludi l-istess xjentisti u inventuri. Din uriet li kienet esperjenza divertenti u ta’ għarfien għall-istudenti tagħna.

St Michael Secondary School, St Venera

Maria Regina College logo

Ms. Melisa Elen Iscan, a language assistant from Germany, is assisting the teacher of German at St Michael Secondary School, St Venera.

Picture of students
Picture of students

A Listening Task with year 11 students

St Joseph Secondary School, Blata l-Bajda

College logo

Studenti tat-8 sena tal-Ġermaniż ġew megħjuna jitgħallmu l-partijiet tal-ġisem b’ mod ferrieħi billi kantaw kanzunetta. Il-kanzunetta mhux biss għamlet it-tagħlim divertenti, iżda għenet ukoll lill-istudenti biex jimmemorizzaw il-partijiet tal-ġisem aktar malajr. L-istudenti ħadmu b’ mod diliġenti u kienu attenti, u ppermettew lill-assistenta tal-lingwa, is-sinjorina Melisa Elen Iscan, tuża metodoloġiji ġodda.

Picture of students
Picture of students
Picture of students
Picture of teacher

Kulleġġ Santa Klara Skola Nazzjonali tal-Isport, Pembroke

Saint Clare College

Is-sinjorina Melisa Elen Iscan qed tgħin ukoll lill-għalliema tal-Ġermaniż fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport.

Picture of students
Picture of students

Attivita` tal-Qari mal-istudenti tal-11 -il sena

Kulleġġ Santa Margerita Skola Sekondarja, Verdala u Skola Medja, Bormla

College logo

Is-Sur Henry-Alexander Kemp, assistent tal-lingwa mill-Ġermanja, qed jassisti lill-għalliema tal-Ġermaniż fil-Kulleġġ Santa Margerita Skola Medja, Bormla.

Classroom picture
Classroom picture

Attivita` tat-Taħdit mal-istudenti tas-7 sena dwar is-suġġett: Ich stelle mich vor!

Is-Sur Henry-Alexander Kemp qed jassisti wkoll lill-għalliema tal-Ġermaniż fil-Kulleġġ Santa Margerita Skola Sekondarja, Verdala.

Classroom picture
Classroom picture

L-istudenti fil-11-il sena qed isegwu preżentazzjoni dwar Umweltschutz.

Qed jipprattikaw il-pronunzja u qed jitgħallmu kliem ġdid.

Classroom picture
Picture of students

Studenti li qed jipparteċipaw f’ live interactive poll fuq il-Mentimeter. L-għan ewlieni ta’ din l-attivita’ online kien li tkun determinata l-imġieba tal-istudenti lejn l-ambjent.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.