foreignlanguages.gov.mt

Fatti dwar il-Ġermanja

German map image
logo

Il-Ġermanja hija pajjiż divers, eċċitanti, dejjem sorprendenti, u dejjem hemm xi ħaġa ġdida x ’tiskopri, anke għan-nies li ilhom jgħixu hemm għal għexieren ta’ snin. Mill-isports u l-istorja sal-lingwa, il-mużika, l-ikel, il-kultura u t-teknoloġija, hemm tant x ’wieħed isib u jiskopri.

  • Il-Ġermanja saret Stat indipendenti fl-1871, meta ġie pproklamat l-Imperu Ġermaniż. Madankollu, xi wħud se jgħidu li l-Ġermanja verament saret pajjiż modern fl-1990, meta l-Ġermanja tal-Punent u tal-Lvant ingħaqdu mill-ġdid.
  • Il-qari għandu għeruq fondi fil-kultura Ġermaniża. Illum il-ġurnata, il-Festival tal-Ktieb ta’ Frankfurt huwa meqjus bħala l-akbar wieħed tax-xorta tiegħu fid-dinja.
  • Il-ħobż huwa wkoll simbolu ewlieni tal-identita’ Ġermaniża, u 17,000 furnar fil- Ġermanja joħolqu’ l fuq minn 300 tipi differenti ta` ħobż.
  • Il-futbol jiddomina d-divertiment Ġermaniż. Fil-Ġermanja hemm 26,000 klabb tal-futbol, b’ aktar minn 6 miljun membru, u t-tim nazzjonali għandu suċċess kbir, wara li rebaħ 4 Tazzi Dinjija.
  • Il-Ġermaniżi jħobbu jsiefru, u flushom isiefer magħom wkoll. Fil-fatt, dawn jonfqu aktar minn kull vjaġġatur ieħor.
  • Meta t-tfal jidħlu l-iskola, huma jirċievu lenbut tal-kartun mimmli ġugarelli jew ħelu li jissejjaħ Schultüte. Huwa simbolu tad-dħul fil-ħajja “serja” – u mod kif ittaffi l-istress meta tinsab f’ ambjent ġdid u stramb.
  • L-ebda belt fid-dinja m ’għandha aktar swejqiet mill-kapitali Ġermaniża, li tospita 120 mil ta’ passaġġi fuq l-ilma. Famuża għall-ħarġiet fuq dgħajjes tal-qlugħ!
  • Berlin tospita wkoll mużew iddedikat biss lil Currywurst (zalzett tal-kari). Din mhix sorpriża, hekk kif in-nattivi ta ’Berlin jieklu 70 miljun minnhom kull sena.
  • Aktar minn 30% tal-Ġermanja hija miksija bil-foresta, b ’tali mod li t-80 miljun ruħ fil- Ġermanja jgħixu qalb is-siġar!
  • Il-Ġermanja verament hija art maġika. L-Aħwa Grimm iddedikaw ħajjithom biex jiġbru ħrejjef folkloristiċi Ġermaniżi u nissġu minnhom ħrejjef li ilhom sekli sħaħ parti mill-ħajja tat-tfal madwar id-dinja. Il-Ġermanja għadha bi kburija tiċċelebra l- Aħwa Grimm tul il-Fairy Tale Route. Huwa maħsub li huma ħadu ispirazzjoni għall-istejjer maġiċi tagħhom minn postijiet madwar il-Ġermanja fejn twieldu, qattgħu s-snin formattivi tagħhom, studjaw u ħadmu.

Dokumenti u links utli

Vidjows

Ich wohne in Leipzig

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.