Il- Franċiż, lingwa Rumanza, hija lingwa uffiċjali f’29 pajjiż, Hija r-raba’ l-aktar lingwa materna mitkellma fl-Unjoni Ewropea. Huwa mitkellem minn 320 miljun ruħ fil-ħames kontinenti kollha. Hija lingwa uffiċjali ta’ ħafna organizzazzjonijiet internazzjonali, bħan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea, in-NATO, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali
Il-Franċiż huwa lingwa internazzjonali tad-diplomazija, il-letteratura, l-istandards xjentifiċi u l-kummerċ. Bloomberg Businessweek (2011) jikklassifikaha bħala t-tielet l-aktar lingwa utli għan-negozju wara l-Ingliż u ċ-Ċiniż. Hija l-lingwa ewlenija fix-xena kulinari. Huwa wkoll il-lingwa tal-ballet u karatteristiċi importanti fis-suq tal-inbid, il-moda u l-fwejjaħ.
Il-Kisbiet ta’ Franza fix-xjenza u t-tekonoloġija huma sinifikanti, fl-oqsma tal-mediċina, il-kimika, il-matematika, l-enerġija u x-xjenza spazjali. Franza kienet it-tielet nazzjonl, wara L-Unjoni Sovjetika u l-Istati Uniti, li nieda s-satellita spazjali tagha stess.
Illum il- ġurnata, Franza tikkontribwixxi għall-Aġenzija Spazjali Ewropea. . L-isforzi ta’ riċerka u żvilupp jiffurmaw parti integrali mill-ekonomija tal-pajjiż. L-ispiża tal-istudju fl-Universitajiet Franċiżi u istituzzjonijiet oħra tinżamm baxxa, bil-gvern Franċiż jissussidja r-riċerka, speċjalment għaċ-ċittadini tal-UE.
Franza hija l-iktar pajjiż li jżuruha nies fid-dinja, b’75 miljun turist kull sena. Fir-rigward tal-kultura, Franza hija l-iktar pajjiż li jipproduċi films Franċiżi, b’500 film fis-sena, hija t-tieni post fid-dinja. L-aħħar edizzjoni tal-komiks popolari Astérix ġiet stampata f’7 miljun kopja bil-Franċiż biss, u tradotta fi 23 lingwa. Le Petit Prince ta’ Antoine de Saint-Exupéry huwa wieħed mill-aqwa kotba li qatt ġew ippubblikati, b’bejgħ totali ta’ aktar minn 140 miljun kopja madwar id-dinja. Ġie vvutat bħala l-aqwa ktieb tas-seklu 20 fi Franza. Franza għandha wirt artistiku importanti. Kull sena Franza torganizza festivals importanti bhal dak ta’ Cannes u dak tat-teatru f’Avignon.
Ċifri dwar l-Organization of International Francophonie (OIF, 2022):