It-tagħlim tat-Taljan f’Malta
F’Malta, it-Taljan huwa mgħallem f’ħafna livelli. Fl-iskejjel primarji tal-istat, tfal ta’ bejn 9 u 11-il sena jsegwu 10 lezzjonijiet qosra bit-Taljan, ippreżentati minn għalliema kwalifikati fil-lingwa. Il-programm huwa varjat u fih vokabularju u frażijiet komunikattivi bażiċi. F’dawn il-lezzjonijiet, l- istudenti jiffamiljarizzaw rwieħhom mal-lingwa permezz ta’ vokabularju sempliċi, jitgħallmu jiffurmaw sentenzi qosra u logħob.
Żgħażagħ ta’ bejn il-11 u l-15-il sena jistgħu jagħżlu li jkomplu jistudjaw it-Taljan fl-Iskejjel Medji u Sekondarji. L-istudenti jibnu l-kunfidenza permezz tal-erba’ ħiliet lingwistiċi: it-taħdit, is-smigħ, il-qari u l-kitba. Individwi minn 16-il sena ‘l fuq jistgħu jkomplu jistudjaw it-Taljan jew jibdew korsijiet f’diversi istituzzjonijiet f’Malta u Għawdex. Dawk li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom jistgħu jagħżlu li jsegwu korsijiet fl-Università ta’ Malta.
Bosta avvenimenti u attivitajiet huma organizzati lokalment għall-membri tal-pubbliku ġenerali li jixtiequ jitgħallmu aktar dwar il-lingwa u l-kultura Taljana.