foreignlanguages.gov.mt

Proġetti tal-Iskola

Proġetti 2022-2023

Kulleġġ Marija Reġina Skola Medja, Naxxar:

Ir-Rebbieħ tat-Tieni Quiz marbut mal-Pajjiżi fejn in-nies jitkellmu bil- Ġermaniż: Alexander Heuschen-Cutler, fis-7 sena

picture of student

Korsijiet tal-lingwa fi Munich:

Is-Sinjorina Valeria Mallia, għalliema tal-Ġermaniż fil-Kulleġġ Marija Reġina Skola Medja, in-Naxxar u sa Claudette Bonnici, għalliema tal-Ġermaniż fil-Kulleġġ Marija Reġina Skola Sekondarja Lily of the Valley, il-Mosta, applikaw għall-Iskema Live the Language li bħalissa qed tipprovdi liż-żgħażagħ ta’ bejn l-14 u t-30 sena bil-possibilita’ li jsegwu taħriġ fil-lingwi fil-pajjiż rispettiv.

L- Għalliema Valeria Mallia għażlet kors tas-sajf f ’Lulju 2023 fi Sprachen & Dolmetscher Institut (SDI) Munich. “Il-kors tal-lingwa kien intensiv mhux ħażin, b’ lekċers kuljum dwar il-grammatika, il-letteratura, u l-kultura Ġermaniża. Iżda lil hinn mill-klassi, it-tagħlim veru seħħ fit-toroq ta’ Munich hekk kif kull interazzjoni, kemm jekk fis-suq kif ukoll jekk f’kafetterija, kienet opportunita’ biex wieħed jipprattika l-ħiliet lingwistiċi. L-esperjenza tiegħi fil-kors tal-lingwa fi Munich kienet kapitlu li ma ninsih qatt f’ħajti. Kien vjaġġ ta’ kisba tal-lingwa, immersjoni kulturali, u tkabbir personali. Lil kulmin ikun qed jikkunsidra kors tal-lingwa barra minn pajjiżu, nirrakkomandah minn qalbi.

Picture of sdi building

Sprachen & Dolmetscher Institut (SDI) Munich. “

Picture of castle in Germany

Veduta tal-kastell Neuschwanstein

L- Għalliema Claudette Bonnici organizzat vjaġġ (09/09/23 – 15/09/23) għall-grupp ta’ studenti tal-10 sena li jistudjaw il-Ġermaniż fil-Kulleġġ Marija Reġina Lily of the Valley, il-Mosta. Magħha kien hemm għalliema ġdida tal-Ġermaniż, is-Sinjorina Antonella Tabone. Minbarra li attendew kors tal-lingwa A2 fi Munich, l-istudenti rnexxielhom iżuru diversi postijiet ta’ interess bħall-Olympiapark u l-madwar. L-istudenti ħadu gost waqt li temmew b’ suċċess il-kors tal-lingwa.

Picture