Studenti tal-Junior 6 fi tmiem il-lezzjonijiet tal-Ġermaniż
Għalliem tal-Ġermaniż: Is-Sur Joseph Spiteri
Assistenta tal-lingwa Ġermaniża: Is-Sinjorina Diletta Magdalena Guzzo
Attivita` tal-Milied: Frohe Weihnachten!
Il-Ġimgħa tal-Lingwi ġiet organizzata mill-11 ta’ Marzu sal-15 ta’ Marzu 2024 fl-Iskola Maltija tal-Arti Viżiva u Performattiva. It-tema magħżula mill-għalliema tal-lingwi barranin għal din is-sena kienet l-Għid il-Kbir. L-istudenti tal-Ġermaniż kienu impenjati f’ attivitajiet differenti relatati mal-Għid fil-Ġermanja waqt il-lezzjonijiet tagħhom. Imbagħad fil-foyer tal-iskola twaqqfet wirja li turi x-xogħlijiet tal-istudenti.
L-studenti jfittxu informazzjoni dwar t-tradizzjonijiet tal-Milied fil-Ġermanja.
B`varjeta’ fir-riżorsi tat-tagħlim wieħed jista’ jagħmel it-tagħlim aktar impenjattiv u effettiv. Studenti li jitgħallmu l-Ġermaniż fl-Iskola Medja tan-Naxxar qed jużaw attivitajiet hands-on differenti filwaqt li jużaw diversi għodod ta’ tagħlim. Meta kien qed isir is-suġġett ta’ Essen & Trinken, it-tagħlim ma kienx limitat għall-metodi viżwali biss iżda l-istudenti wkoll ħadu ċ-ċans iduqu l-Bratwurst.
Studenti tat-8 sena li jitgħallmu l-Ġermaniż fl-iskola Medja tan-Naxxar kellhom l-opportunita’ li jippjanaw u jorganizzaw festin.
L-istudenti ħadmu fi gruppi biex jiktbu stediniet bil-Ġermaniż u jiddiskutu kif se jorganizzaw il-festin bil-Ġermaniż. Fl-aħħar waslu biex igawdu ftit ħin barra mill-klassi u jgawdu l-festin li organizzaw huma stess.
B’ kollaborazzjoni mad-Direttorat għal-Litteriżmu Diġitali u l-Ħiliet Trasversali, l-istudenti tal-Ġermaniż tgħallmu joħolqu preżentazzjoni dwar postijiet famużi Ġermaniżi bl-użu tal-applikazzjoni Sway.
Bejn nhar it-Tnejn, 22 ta’ April u l-Ġimgħa, 26 ta’ April 2024, fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport saru diversi attivitajiet relatati mal-lingwi barranin mgħallma f’din l-iskola; jiġifieri l-Ġermaniż, il-Franċiż, it-Taljan u l-Ispanjol. Mit-Tlieta, 23 ta’ April sal-Ġimgħa, 26 ta’ April, kull ġurnata kienet iddedikata lil lingwa partikolari. L-Erbgħa, 24 ta’ April kienet il-ġurnata ddedikata lil-lingwa u lill- kultura Ġermaniża. Matul il-brejks indaqqu kanzunetti popolari Ġermaniżi u l-istudenti setgħu jgawdu minn ikel tipiku Ġermaniż offrut lilhom. Madankollu, il-lingwa u l-kultura Ġermaniża ma ġewx iċċelebrati dakinhar biss, iżda wkoll b’diversi attivitajiet oħra matul il-ġimgħa kollha.
It-Tnejn ittellgħet wirja b’diversi oġġetti li jirrappreżentaw il-lingwa u l-kultura Ġermaniża.
It-Tlieta, l-istudenti kollha tat-8 sena ħadu sehem f’karaoke, fejn kantaw kanzunetti bil-Ġermaniż u bil-lingwi l-oħra.
L-Erbgħa, l-istudenti tad-9 sena tal-Ġermaniż, flimkien ma’ dawk tal-Ispanjol, kellhom Reading Cafeteria, fejn ilkoll poġġew bilqiegħda komdi bi ktieb bil-lingwa li jitgħallmu. Waqt li kienu qed jaqraw, huma ġew servuti xarba sħuna u ftit gallettini.
Il-Ħamis, l-istudenti tas-7 sena ppreparaw kolazzjon tipiku Ġermaniż u wara kiluh fil-bitħa tal-iskola flimkien mal-istudenti tat-Taljan, li wkoll kienu ppreparaw kolazzjon tipiku Taljan.
Il-Ġimgħa, l-istudenti tal-10 sena kellhom kwizz dwar il-kultura Ġermaniża u għal kull tweġiba tajba li ġabu, rebħu borża żgħira Gummibärchen – ħelu prodott il-Ġermanja.