Lo Stivale

Lo Stivale hija rivista edukattiva li ġiet ippubblikata għall-ewwel darba fl-1982 f’Malta. L-għan tagħha huwa li tgħin l-għalliema tat-Taljan b’riżorsi utli u lill-studenti li jixtiequ jitgħallmu t-Taljan. Fl-iskejjel, ir-rivista hija prinċipalment użata għas-Snin 7-11. Mill-2022, m’għadhiex tiġi stampata iżda tinħareġ kull sena u hija disponibbli onlajn mingħajr ħlas. Kull sena, l-istudenti jistgħu jieħdu sehem fil-kompetizzjoni “Crea la copertina” li tinsab lejn l-aħħar tar-rivista .

Lo Stivale 89

Lo Stivale 88

Lo Stivale 87

Lo Stivale 86

Lo Stivale 85

Fis-sena 2025 inħarġet għall-ewwel darba edizzjoni speċjali ta’ Lo Stivale.  Din l-edizzjoni hija ddedikata għall-Milied u tradizzjonijiet taljani marbuta miegħu. Il-kontenut joffri attivitajiet biex titgħallem it-Taljan permezz tal-kultura.

Lo Stivale Special 1 – Natale Edition

Fil-bidu tal-2026, ġie mniedi Lo Stivale Online Youtube Channel b’kontenut awdjoviżiv għad-diversi livelli ta’ tagħlim tat-Taljan.