Il-Ġermaniż huwa l-lingwa nattiva l-aktar mitkellma fl-Unjoni Ewropea. Hija mitkellma minn 120 miljun persuna fl-Ewropa. Sprachraum Ġermaniż jirreferi għaż-żona tal-Ewropa Ċentrali li titkellem bil-Ġermaniż, li tinkludi l-Ġermanja, l-Awstrija, l-Isvizzera u l-Liechtenstein. Hija wkoll lingwa uffiċjali fit-Tirol t’ Isfel (l-Italja), il-Belġju u l-Lussemburgu, u lingwa ta` minorita` fil-Bosnja-Ħerzegovina, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, u n-Namibja.
Il-Ġermaniż spiss kien jissejjaħ il-lingwa tad-Dichter und Denker jew il-kittieba u l-ħassieba. Pereżempju, l-istorja epika Faust tal-awtur il-kbir Johann Wolfgang von Goethe hija meqjusa bħala waħda mill-akbar teżori nazzjonali tal-Ġermanja. Ħassieba notevoli oħra huma Kant, Marx, Humboldt, Kafka u Nietzsche.
L-ewwel ktieb stampat inkiteb bil-Ġermaniż. Il-Bibbja ta` Gutenberg, li ġiet pubblikata fl-1454, kienet l-ewwel ktieb li ġie stampat bl-użu nnovattiv, li ta bidu għaż-żmien tal-ktieb stampat. Is-suq Ġermaniż tal-kotba jipproduċi madwar 60, 000 pubblikazzjoni ġdida kull sena. Dan jirrappreżenta 18% tal-kotba kollha ppubblikati madwar id-dinja.
Barra minn hekk il-Ġermaniż huwa ċentrali fil-qasam tat-turiżmu u fl-industrija ta’ l-ospitalita’ minħabba l-influss ta’ turisti minn pajjiżi li jitkellmu bil-Ġermaniż li jħobbu jivvjaġġaw u huma magħrufa bħala l-aktar nies li jonfqu flus fid-dinja meta jkunu fuq btala. Il-bżonn ta’ nies li jitkellmu bil-Ġermaniż qed ikompli jikber kemm f’ Malta kif ukoll madwar id-dinja.
Kif innota l-Istitut Goethe, istituzzjoni mwaqqfa biex tippromwovi t-tagħlim u l-kultura tal-Ġermaniż madwar id-dinja, l-għarfien tal-Ġermaniż huwa ta’ benefiċċju għall-konnessjonijiet kummerċjali globali u jżid l-opportunitajiet ta’ xogħol ma’ kumpaniji Ġermaniżi u barranin. L-għarfien tal-lingwa huwa ċentrali għal komunikazzjoni effettiva u biex jinbnew relazzjonijiet aktar b’ saħħithom ma` partners kummerċjali Ġermaniżi.
Live The Language Presentation Live the Language Grant Scheme
L-aqwa 10 Raġunijiet biex titgħallem il-Ġermaniż
X’inhi r-Raġuni Numru Wieħed Tiegħek biex titgħallem il-Ġermaniż
Fatti dwar il-Ġermanja u l-lingwa Ġermaniża
Il-Vantaġġi tat-Tagħlim tal-Ġermaniż
10 Raġunijiet biex Tgħallem il-Ġermaniż
How easy is German How cool is German How sweet is German How much fun is German